19,447 persuna b’diżabilità fil-pajjiż

Sa Ottubru li għadda kien hawn 19,447 persuna reġistrata mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) bħala li għandha diżabilita.

Kien il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li qal dan fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.

Scicluna spjega kif din il-figura tkopri diżabilitajiet fiżiċi marbutin mas-smigħ, viżta, diżabilita intellettwali u dawk psikoloġiċi.

Fl-istess waqt għamilha ċara li l-NSO m’għandu ebda informazzjoni dwar is-severita tad-diżabilita ta’ dawn il-persuni.

L-istess deputat tal-Oppożizzjoni staqsa wkoll lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta Soċjali kemm huma dawk li qed jirċievu l-benefiċċju għad-diżabilita severa fl-2019 u kemm tħallsu.

Falzon wieġbu li matul l-imsemmija sena kien hemm 3,132 li rċevew għajnuna minħabba d-diżabilita severa li għandhom u bejniethom irċevew €17 miljun.

Share With: