22 persuna mmultati għax kienu fi ruppi t’aktar minn erba’ persuni

Tnejn u għoxrin persuna llum ingħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u Environmental Health Officers qed jagħmlu biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-315-il spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Share With: