29 persuna mmultati €100 kull wieħed

29 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u l-Environmental Health Workers qed jagħmlu biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn erba’ persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant, persuna nstabet tikser il-kwarantina obbligatorja fit-354 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Share With: