6,247 liċenzja għax-xogħol lil barranin minn barra l-UE

Matul l-2019 Jobsplus ħarġet 6,247 liċenzja tax-xogħol lil barranin li ġejjin minn pajjiż li mhux fl-UE.

Kien il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici li ta dan it-tagħrif fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.

Mill-2013 inħarġu 7,418 il-liċenzja f’din is-sena; 5,800 fl-2014; 2,522 fl-2015; 3,012 fl-2016; 3,740 fl-2017; 5,009 fl-2018 u 1,977 sas-27 ta’ April ta’ din is-sena.

L-iktar erba’ pajjiżi li kellhom ċittadini li nħarġilhom liċenzji għax-xogħol biex jaħdmu f’Malta kienu l-Filippini, is-Serbja, in-Niġerja u ċ-Ċina.

Sadannittant, sat-28 ta’ April li għadda l-Jobsplus kellha 128 applikazzjoni pendenti għal permess tax-xogħol.

L-istatistika kienet tinkludi biss applikazzjonijiet b’rabta ma’ ċittadini ta’pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal ‘single residence/work permit’.

Share With: