71 persuna mmultati €100 kull wieħed

71 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u l-Health Environmental Officers qed jagħmlu biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn erba’ persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant, żewġ persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja fl-451 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Share With: