9 każi ġodda u 4 oħra ddikjarati mfejqa mill-pandemija

Fl-aġġornament annwali dwar l-imxija tal-COVID-19 f’pajjiżna, ftit tal-minuti ilu, id-Dipartiment tas-Saħħa għadu kemm ħareġ l-aħħar figuri ta’ min ittestja pożittiv u min kien iddikjarat imfejjaq mill-COVID-19.

Jidher li fl-aħħar 24 siegħa, ittestjaw pożittiv disa’ każi ġodda, filwaqt li fiqu erba’ persuni oħrajn. Fl-aħħar 24 siegħa reġgħu saru ammont sostanzjali ta’ swab tests, b’total ta’ 1,727.

Preżentament f’pajjiżna hawn 130 każ attiv, b’473 każi iddikjarati mfejqa.

Share With: