90 immigrant jeħtieġu l-għajnuna bla ebda tlajjar – Alarm Phone

Fl-aħħar sigħat l-Organizzazzjoni umanitarja Alarm Phone talbet l-għajnuna tal-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani hekk kif 90 immigrant jinsabu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ pajjiżna.

Skont l-istess organizzazzjoni, l-immigranti jinsabu f’periklu u għalhekk hemm bżonn li tittieħed azzjoni immedjata mingħajr l-ebda tlajjar.

Intant fl-aħħar ħin Alarm Phone qalet li skont RescueMed, Malta ħadet f’idejha l-koridinazzjoni tal-każ u talbet tliet bastimenti kummerċjali biex jintervjenu.

Share With: