Aaron Ramsey kuntent bit-tkomplija tal-istaġun
Il-midfielder ta’ Juventus Aaron Ramsey huwa anzjuż sakemm jerġa’ jkompli l-kampjonat Taljan tas-Serie A.
Il-player internazzjonali minn Wales qal li kuntrarju għal sħabu l-players barranin, huwa għażel li jibqa’ l-Italja fejn qatta’ kważi xahrejn ta’ lockdown mingħajr ma jmiss ballun. Hu qal li din il-ħaġa xejn ma kienet faċli minħabba li ħass ħafna n-nuqqas tal-isport li tant iħobb filwaqt li kellu ċ-ċans iqatta’ aktar ħin mal-familja.
Ramsey qal li jinsab kuntent li sa fl-aħħar ingħatat data biex ikun jista’ jkompli l-istaġun. Huwa qal li jrid jgħin lit-team tiegħu jirbaħ kull unur li fadal filwaqt li jiġġieled għal postu.
Meta mistoqsi dwar il-futur tiegħu, Ramsey kien skjett meta qal li bħalissa qed jaħseb fil-preżent biss.



