AĠĠORNAT: 14-il każ ġdid; 4 health care workers pożittivi

Mill-1,321 test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 14-il każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19, b’erbgħa minnhom ikunu health care workers, u tlieta jkunu pazjenti rikoverati fi sptarijiet differenti u f’dar tal-anzjani. Dan filwaqt li s-seba’ każi l-oħrajn huma każi sporadiċi li seħħew fil-komunità. Għaldaqstant in-numru kumplessic ta’ persuni li ġew infettati issa jammonta għal 522.

Qalet dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha tat l-aġġornament dwar il-każi ġodda ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-coronavirus.

Il-Professur Gauci qalet ukoll li matul dawn l-aħħar 24 siegħa fiequ seba’ persuni oħrajn, biex b’hekk in-numru ta’ persuni li fiequ issa’ jammonta għal 443, b’73 każ għadu attiv.

Il-każijiet:

  • Raġel Malti ta’ 58 sena, li huwa health care worker f’San vinċenz de Paule. huwa beda juri sintomi tal-Covid-19 fit-12 ta’ Mejju li għadda. l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlu contact tracing tal-pazjenti fis-sala u l-impjegati l-oħrajn li setgħu ġew f’kuntatt meigħu.
  • Raġel ta’ 23 sena mis-Sudan, li huwa rikoverat fl-Isptar Karin Grech għal rijabilitazzjoni. Huwa rriżulta pożittiv minn random testing li qed isir mill-awtoritajiet tas-saħħa wara li huwa ma kellu l-ebda sintomi tal-virus. Qed isir testing fuq il-kumplament tal-pazjenti fis-sala, u ħaddiema li setgħu ġew f’kuntatt miegħu.
  • Raġel Malti ta’ 84 sena li wkoll huwa pazjent f’Karin Grech. Huwa wkoll ma rreġistra l-ebda sintomi, bl-awtoritajiet tas-saħħa għaddejjin bil-proċeduri ta’ contact tracing u testijiet.
  • Mara Maltija ta’ 37 sena li riżultat pożittiva wara li kienet ġiet f’kuntatt ma’ health care worker li kien irriżulta pożittiv aktar kmieni. Il-mara kienet qed tinżamm fi kwaratina, u għaldaqstant dan il-każ huwa meqjus bħala li huwa kkontrollat.
  • Raġel Malti ta’ 28 sena li huwa health care worker fl-Isptar Mater Dei. Huwa rreġistra sintomi fl-10 ta’ Mejju, wra li kien ġie f’kuntatt ma’ każ ieħor pożittiv. Huwa kien qed jinżamm fi kwarantina, bl-aħħar darba li jmur għax-xogħol ikun fit-8 ta’ Mejju.
  • Mara Maltija ta’ 49 sena li hija healthcareworker u li bdiet turi sintomi tal-virus fid-9 ta’ Mejju. Hija ilha tinżamm fi kwarantina minn dakinhar.
  • Raġel Malti ta’ 38 sena li wkoll huwa health care worker li beda juri sintomi fit-13 ta’ Mejju.

Seba’ każijiet sporadiċi li ġew mill-komunità

  • Raġel Taljan ta’ 44 sena, li mar l-emerġenza ilbieraħ. Bħala proċedura sar testing u rriżulta pożittiv, bl-awtoritajiet tas-saħħa jagħmlu l-proċduri ta’ contact tracing.
  • Raġel Malti ta’ 45 sena li beda bis-sintomi fil-11 ta’ Mejju. Qed isir contact tracing fuq il-post fejn jaħdem u kif ukoll mal-familja tiegħu.
  • raġel malti ta’ 33 sena, li ma kellu l-ebda sintomi iżda xtaq li jagħmel it-test. Qed isir contact tracing fuq il-post fejn jaħdem u kif ukoll mal-familja tiegħu.
  • Mara ta’ 27 sena mill-Maċedonja li bdiet bs-sintomi fid-9 ta’ Mejju. il-mara ma kinitx qed taħdem u lanqas ma għandha nies oħrajn jgixu magħha, iżda għandha ħbieb li kienu fi kwarantina.
  • Raġel Malti ta’ 27 sena li fil-5 ta’ Mejju beda juri sintomi. Huwa kien qed jaħdem mid-dar u qedisir contact tracing tal-familja tiegħu.
  • mara maltija ta’ 32 sena li marret l-Emerġenza għal kundizzjoni oħra u ma kellha l-ebda sintomi. Mit-testijiet li saru ħarġet pożittiva u issa flimkien mal-familja tagħha tinsab fi kwarantina.
  • Raġel Malti ta’ 31 sena li ma kellu l-ebda sintomi u mit-testijiet li saru rriżulta pożittiv. Dan ir-raġel huwa meqjus bħala vulnerabbli u qed jinżamm fl-Isptar Mater Dei għall-kura.
Share With: