FILMAT: Il-Prim Ministru jasal il-Qorti biex jixhed fl-inkjesta dwar l-immigranti

Fil-ħin li għadda l-Prim Ministru Robert Abela wasal il-Qorti biex jagħti x-xhieda tiegħu quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud b’rabta mal-inkjesta maġisterjali li nfetħet wara l-kwerela ppreżentata mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi f’isem l-għaqda Repubblika.

Azzopardi. isem Repubblika, kien talab biex jiġu investigati il-Prim Ministru, il-Kmandant Brigadier tal-Forzi Armati Jeffrey Curmi, u 11-il suldat, b’ilkoll akkużati bi qtil wara li ħames immigranti kienu tilfu ħajjithom fiz-Zona ta’ Tiftix u Salvataġġ (SAR) ta’ Malta.

Fid-9 ta’ April li għadda l-Gvern kien iddikjara l-portitjiet magħluqin għall-iżbark ta’ immigranti irregolari bħala miżura preventiva kontra t-tixrid tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Share With: