AĠĠORNAT: L-ebda każ ġdid ta’ Covid-19, bl-ebda persuna ma tirkupra matul l-aħħar 24 siegħa

Mit-testijiet li saru lbieraħ ma kellna l-ebda każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Ikkonferma dan id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’kumment li ppublika fuq il-midja soċjali.

Intant il-każi attivi f’pajjiżna jammontaw għal 120, bin-numru ta’ persuni li jirkupraw jammontaw għal 485.

“Qbadna t-triq it-tajba mill-bidu,” tenna Fearne. “Ir-responsabbiltà u s-sagrifiċċji ta’ ħafna qed jagħtu l-ftott. Moħħna hemm ħalli nkomplu ngawdu s-suċċess,” temm jgħid id-Deputat Prim Ministru.

Intant matul l-awtoritajiet tas-saħħa indikaw li matul l-aħħar sigħat ħadd ma fieq mill-coronavirus, biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi baqa’ l-istess.

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa n-numru ta’ swab tests li saru jammontaw għal 1,472, biex b’hekk it-total kumplessiv tat-testijiet issa jlaħħaq it-63,087 test.

Share With: