Aġġornata: Jitlef ħajtu wara li xi jiem ilu kien involut f’inċident f’sit tal-kostruzzjoni

Il-Pulizija għadha kemm ħabbret li sfortunatament ir-raġel li ndarab fl-inċident li seħħ fil-21 ta’ Mejju tilef ħajtu fl-aħħar sigħat.

Qabel: Raġel sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:45 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni li seħħ fi Triq ix-Xgħajra f’Ħaż-Żabbar.

Minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li r-raġel ta’ 32 sena residenti Marsaskala kien sofra xi ġrieħi meta waqgħet fuqu parti mill-istruttura ta’ krejn li kien fl-imsemmija sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farruġia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: