Aktar minn 3,000 persuna titlob li tiġi ripatrijata minn Malta bejn Marzu u April

Bejn ix-xhur ta’ Marzu u April 3,358 persuna ta’ nazzjonalità barranija talbu biex jiġu assistiti biex jiġu ripatrijati lura lejn pajjiżhom kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

Qal dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo waqt ki kien qed iwieġeb għal Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalistsa Carm Mifsud Bonnici.

Il-Ministru Bartolo żied jgħid li peress li l-assistenza li ngħatat kienet tikkonsisti f’li dawn il-persuni jittieħdu fl-ewwel ajruport ċentrali fl-Ewropa minn fejn imbagħad setgħu jkomplu bil-vjaġġ tagħhom għad-destinazzjoni tagħhom, il-Ministeru – anke minħabba provvedimenti marbuta mal-protezzjoni tad-data – ġabar biss dik l-informazzjoni relatata ma’ liema titjira minn Malta kull persuna għażlet li tieħu u mhux għal liema destinazzjoni finali jew ta’ liema nazzjonalità kienet il-persuna.

Share With: