Aldair: Kont naf li Totti kien se jkun player kbir

Il-player leġġendarju ta’ Roma, Aldair, tkellem fuq iż-żmien li qatta’ mat-team mill-belt kapitali Taljana u fuq kollox dwar personaġġ ieħor li huwa simbolu ta’ Ruma, jiġifieri Francesco Totti. 

Aldair, li lagħab mal-Giallorossi bejn l-1990 u l-2003, deher 436 darba fejn sab il-ħin jiskorja wkoll 20 goal. Hu kellu x-xorti jilbes ukoll il-faxxa ta’ captain għal diversi snin filwaqt li mexxa b’mod impekkabbli d-dipartiment difensiv. 

Aldair qal li f’mument minnhom huwa xtaq jgħaddi l-faxxa ta’ captain lil Francesco Totti li dak iż-żmien kien għadu żagħżugħ u li diġá kellu awtoritá kbira fir-rwol li kien jokkupa. L-eks player Brażiljan li llum il-ġurnata għandu 54 sena sostna li kien jaf li Totti kien se jkollu futur mill-isbaħ ma’ Roma u kien għalhekk li ċedilu din il-faxxa tant importanti.

Huwa fisser kemm kien kuntent meta flimkien ma’ Totti rebħu l-kampjonat fis-sena 2001 wara staġun brillanti u li ċ-ċelebrazzjoni damu għaddejjin għal xi tliet ġimgħat.

Share With: