‘Antibody test’ kontra l-coronavirus żviluppat minn Roche huwa ”preċiż 100%”

Mexxejja dinjin fis-settur tas-saħħa pubblika qalu li test ġdid ta’ antibody kontra l-coronavirus instab li kien 100% preċiż, hekk kif inkiseb l-permess biex jibda jintuża fir-Renju Unit.

Public Health England (PHE) qalet li esperti xjentifiċi fil-faċilità ta’ Porton Down wettqet evalwazzjoni indipendenti tat-test ġdid tad-demm żviluppat minn kumpanija farmaċewtika Żvizzera.

It-test juri li l-antibody żviluppat mill-kumpanija Roche huwa preċiż 100%.

Preċedentement il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson kien saħaq li testijiet permezz ta’ antibody se jkunu qed jibdlu x-xenarju fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Dan hekk kif l-awtoritajiet se jkollhom indikazzjoni dwar kemm ġew infettati persuni bil-Covid-19 u jekk rabewx antibodies kontra l-virus.

Dan iwassal biex eventwalment jiġi indikat jekk persuna tkunx kisbet l-immunità kontra l-virus.

Il-ġurnal The Telegraph qed jirrapporta li l-Gvern Brittaniku jrid jikseb “kemm huwa possibbli” minn dawn it-testijiet.

Share With: