[ARA] “Din is-sħaba għad tgħaddi. Ejja nagħmlu kuraġġ. Viva Jum il-Ħaddiem”

“Din is-sħaba għad tgħaddi. Ejja nagħmlu kuraġġ. Viva Jum il-Ħaddiem.” Dan kien parti mill-messaġġ li l-Ministru Owen Bonnici wassal permezz ta’ filmat li ppubblika fuq il-midja soċjali, li juri lill-istess Ministru jgħaddi messaġġ ħelu lill-ġenituri tiegħu f’mument li jirrikjedi li jżomm distanza soċjali minnhom.

“Ma, Pa, la ma nistax nidħol se nkellimkom minn hawn. Wasal l-1 ta’ Mejju. Naħseb qatt ma tliftu sena li ma tlajtux il-Belt,” jgħid il-messaġġ. “ Din is-sena se tkun differenti. Imma l-impenn tagħna favur il-familji, in-negozji u x-xogħol jibqa’ b’saħħtu dejjem. Fl-edukazzjoni ġibna lil kulħadd flimkien u ħsibna lit-tfal u l-istudenti kollha biex mil-lum ikollhom il-ħiliet meħtieġa fid-dinja ta’ għada.”

“Sostnejna u nibqgħu insostnu l-impjiegi b’għajnuniet u deċiżjonijiet f’waqthom. Din is-sħaba għad tgħaddi. Ejja nagħmlu kuraġġ. Viva Jum il-Ħaddiem,” itemm jgħid il-messaġġ tal-Ministru Bonnici.

Share With: