Arrestat b’rabta ma’ pussess u traffikar ta’ droga

Spezzjoni oħra mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga wasslet biex ilbieraħ tiġi arrestata persuna b’rabta ma’ pussess u traffikar ta’ droga.

Kien tard ilbieraħ filgħaxija meta l-Pulizija waqqfu vettura f’Santa Venera li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena residenti Santa Venera stess.

Minn tfittxija li saret fil-vettura u fuq ir-raġel, il-Pulizija sabet sustanza suspetta droga cannabis. It-tfittxija kompliet f’garaxx f’Ħal Balzan fejn hemmhekk il-Pulizija sabet iżjed sustanza suspettata droga cannabis u ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel tressaq il-Qorti illum taħt arrest, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud akkużat bi traffikar u pussess aggravat ta’ droga. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi u nżamm taħt arrest preventiv.

Share With: