[AWDJO] “L-impjieg ta’ Neville Gafà fl-OPM intemm fit-13 ta’ Jannar, u mhux se jerġa’ jiġi ingaġġat”

Il-Prim Ministru Robert Abela dwar ir-rwol ta’ Neville Gafà

“L-impjieg ta’ Neville Gafà fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ntemm fit-13 ta’ Jannar ta’ din is-sena, u mhux se jerġa’ jiġi ingaġġat.” Hekk saħaq il-Prim Ministru Robert Abela meta kien qed jirrispondi għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara li ta x-xhieda tiegħu fir-rigward tal-inkjesta maġisterjali dwar l-immigranti.

B’referenza għall-operazzjoni ta’ salvataġġ li żvolġiet nhar l-Għid, il-Prim Ministru tenna li Gafà bl-ebda mod ma kien ingaġġat. Tenna li “matul is-snin Gafà kien stqarr li kellu kuntatt mal-awtoritajiet Libjani u għaldaqstant intalab jagħmel kuntatt magħhom biex jiġu salvati ħajjet persuni.”

Il-Prim Ministru temm jisħaq li wara dakinhar Gafà ma ntalabx jagħmel kuntatti oħrajn, ma tħallas xejn u ma ġie mwiegħed xejn.

Share With: