Boris Johnson se jkun qed jirrevedi r-restrizzjonijiet “b’attenzjoni massima”

Il-Prim Ministru Boris Johnson qal li l-gvern se jkun qed jipproċedi b’attenzjoni massima meta jikkunsidra li jillaxka r-restrizzjonijiet.

Dan fid-dawl ta’ spekulazzjonijiet li għamel il-gvern ta’ Wales rigward il-mod ta’ kif ir-Renju Unit se jkun qed jnaqqas il-miżuri tal-lockdown.

Johnson mistenni jħabbar il-pjanijiet għall-pajjiż f’din is-sitwazzjoni tal-Covid il-Ħadd li ġej. Bil-liġi, il-gvern għandu jirrevedi r-restrizzjonijiet kull tliet ġimgħat u l-Ħamis li ġej jimmarka din l-iskadenza mill-aħħar reviżjoni.

Minkejja li l-lockdown li tħabbar fit-23 ta’ Marzu mistenni jibqa’ fis-seħħ, l-appell biex il-persuni jibqgħu ġewwa se jillaxka biex jiżdied l-eżerċizzju b’attivitajiet fuq barra.

Skont l-aħħar ċifri dan il-virus ħalla aktar minn 30,000 persuna mejta wara li fl-aħħar sigħat kien hemm konferma ta’ 539 fatalità.

Share With: