Bosta studenti jibku l-mewt għall-għarrieda ta’ Lynden Fenech fl-età ta’ 20 sena

Bosta studenti kienu xxukkjati bl-aħbar għall-għarrieda tal-mewt Lynden Fenech. Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena miet ilbieraħ.

F’kumment ippubblikat fuq il-midja soċjali minn Savio College, li fih preċedentement kien jattendi ż-żagħżugħ, Lynden kien deskritt bħala li kien ħabib ta’ kulħadd, bin-nuqqas tiegħu se tkun qed tinħass ħafna fost il-komunità edukattiva tal-kulleġġ.

Il-grupp Studenti Demokristjani Maltin ukoll fakkru liż-żagħżugħ u esprimew in-niket tagħhom għat-telfien tiegħu.

Share With: