Ċerpersin ġdid għall-Kunsill tal-Arkivji Nazzjonali

Il-Professur Raymond Mangion inħatar Ċerpersin tal-Kunsill għall-Arkivji Nazzjonali.

Il-Kunsill għall-Arkivji Nazzjonali jaħdem mal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta, immexxi minn Dr Charles Farrugia, biex jippreservaw dokumenti antiki li huma parti mill-wirt nazzjonali.

F’kumment fi sfond ta’ din il-ħatra, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera irrimarka kif il-Gvern huwa impenjat li fis-snin li ġejjin jibni binja adekwata li tkopri l-arkivji kollha ħalli jiġu esposti għall-pubbliku.

Il-Professur Raymond Mangion hu Professur tal-Liġi u tal-Istorja Legali fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta.

Kien fl-1981 li beda jiġbor il-memorja kollettiva tan-nazzjon Malti li issa tikkonsisti fil-konservazzjoni ta’ mijiet ta’ tifkiriet.

Huwa l-kittieb u editur ta’ diversi kotba bil-ħidma tiegħu tiġi rikonoxxuta fl-2019 hekk kif ingħata Ġeħ ir-Repubblika mill-President George Vella.

Share With: