Ciro Immobile se jġedded ma’ Lazio

Id-diriġenti ta’ Lazio huma ħerqana sabiex iġeddu l-kuntratt tal-attakkant tagħhom Ciro Immobile fejn qed jissemma’ li jista’ jibqa’ jilgħab fil-belt kapitali Taljana sa Ġunju 2025.

L-aqwa skorer tal-kampjonat jista’ wkoll jiġi onorat bil-faxxa ta’ captain minħabba li qed juri logħob eċċezzjonali quddiem il-lasta filwaqt li għandu dedikazzjoni kbira lejn il-club tiegħu. Huwa saħansitra qed jaħseb sabiex itemm il-karriera mal-Biancocelesti tant kemm jinsab għal qalbu.

Bħalissa l-captain ta’ Lazio huwa Senad Lulic li għandu 34 sena u lest li jċedi l-faxxa lill-istess Immobile.

Matul dan l-istaġun Immobile skorja 27 goal u wettaq seba’ assists f’26 logħba li lagħab mal-Biancocelesti.

Share With: