Dejan Kulusevski ħerqan biex jibda ma’ Juventus

Il-player internazzjonali Svediż, Dejan Kulusevski, qed iħares ‘il quddiem għall-avventura ġdida li se jkollu ma’ Juventus matul l-istaġun li ġej. Il-player ta’ 20 sena ġie akkwistat miċ-champions Taljani f’Jannar li għadda mingħand Parma għalkemm dawn għażlu li jħalluh b’self sal-aħħar ta’ dan l-istaġun mad-Ducali.

Kulusevski ftakar f’dik il-ġurnata partikolari f’Jannar meta mar fl-Allianz Stadium biex jagħmel it-testijiet mediċi u jiffirma l-kuntratt mal-Bianconeri. Huwa qal li ħassu ferm kuntent meta ra players li qabel kien jammirahom fuq is-sett tat-televiżjoni bħal Giorgio Chiellini, Cristiano Ronaldo, Paulo Dybala u Gianluigi Buffon. Hu qal li dawn il-players laqgħuh tajjeb ħafna u ma jistax jistenna qabel ma jibda jilgħab magħhom.

Finalment huwa tkellem dwar l-aħħar parti ta’ dan l-istaġun li mistenni jibda f’Ġunju fejn ma’ Parma se jipprova jiskorja aktar goals filwaqt li jżommu jew itejbu d-disa’ post preżenti fil-klassifika.

Share With: