Delia jisħaq li Malta għandha “l-iktar Prim Ministru irrisponsabbli fl-istorja”

F’intervista fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddeskriva lilll-Prim Ministru Robert Abela bħala “l-iktar Prim Ministru immatur, irrisponsabbli u mhix ippreparat fl-istorja ta’ pajjiżna.” Dan wara li l-Prim Ministru kien għadu kif ħabbar iktar kminei dalgħodu li rċieva opinjoni biex ma jkompli għaddej bill-bini tal-Isptar pre-fabrikat.

Delia ddeskriva din id-deċiżjoni bħala “u-turn oħra ta’ dan il-Gvern.  Kieku din ma kinitx sitwazzjoni tal-biki, kienet tkun waħda tad-daħq. L-iktar deċiżjoni li dehret importanti f’dan iż-żmien tant kruċjali, il-preparament ta’ 900 sodda ġdida, kif ukoll numru ta’ ventilaturii ġodda, issa l-Gvern qiegħed jidher li ser imur lura. Kif jista jispjegaha din?”

“Ħlisna mill-iktar Prim Minstru korrott fl-istorja, u twikkejna bl-iktar Prim Minsitru immatur. Il-ġlieda li hemm bejnu u bejn il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, waqgħet tant f’livell baxx li x-xogħol siewi li kien qiegħed isir mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, qiegħed jiġi rrovinat. Għallinqas, qabel ma tgħid li ħa tkompli tnaqqas il-miżuri, assigura li l-infrastruttura li għandna hija suffiċjenti?”

Fuq l-ekonomija, Delia saħaq li l-Gvern kien qiegħed “jaħbi” lill-Ministru tal-Finanzi, “u huwa ċar li għandna Gver mingħajr moħħ, bla ħsieb, u bla risponsabbiita. Il-miżuri ekonomiċi li dan il-Gvern ħabbar huma miżuri reattivi u selettivi, li mhux qegħdin jiddentifkaw l-aħjar mod kif l-investimenti li qeegħdin jagħmlu ser irendu fl-aħjar mod.”

“Dan il-Gvern, fir-rgħiba u l-għaġla tiegħu, qiegħed jiddeskrivi lilna bħala kontra l-kostruzzjoni. Anqas xejn. Aħna rridu nibnu lil pajjiżna, pero rridu nagħmlu dan bi pjan, biex naraw fejn irridu nwasslu lil pajjiżna 10 snin oħra oħra. Ma rridux nibnu toroq li ma jeħdunha mkien, li fi żmien ta’ għaxar snin ikunu diġa nbnew. għal xejn. Għalfejn dan il-Gvern bilfors irrid jagħżel li ma jagħmel xejn, jew li jirvina pajjiż? Possibbli m’hemmx lok ta’ żvilupp intelliġenti?”

Share With: