“Din il-liġi tressqet għax in-nutara kellhom problemi biex jimplimentaw il-liġi ta’ qabel” – Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi
Is-Segretarju Parlamentari, Stefan Zrinzo Azzopardi iddikjara li dan l-abbozz jagħti aktar ċarezza fuq din il-materja.
Qal li din il-liġi kellha titressaq għax in-nutara u dawk involuti kellhom diffikultajiet kbar biex jimplimentaw il-liġi kif kienet sa llum. Jekk in-nies involuti qed jibagħtu messaġġ li hemm bżonn jinbidel dak li sar, irridu nkunu responsabbli biex jittieħdu dawn l-azzjonijiet.