Espert mediku jwissi li r-Renju Unit jaf idum xhur sħaħ taħt lockdown

Il-lockdown li r-Renju Unit daħħal fis-seħħ biex jilqa’ għall-pandemija tal-coronavirus taf iddum fis-seħħ għal diversi xhur, sakemm il-każi ġodda jinżlu taħt l-elf każ kuljum. Din it-twissija għamilha l-kap uffiċjal mediku tal-pajjiż.

Il-Professur Chris Whitty għamel din it-twissija lbieraħ hekk kif il-każi ġodda komplew jiżdiedu.

Huwa żied jgħid li t-tieni mewġa tal-pandemija taf tkun agħar mill-mewġa ta’ każi li r-Renju Unit attwalment qed jiffaċċja. Dan hekk kif il-fatalitajiet fir-Renju Unit issa qabżu s-26,000 każ.

Whitty qal ukoll li teknikament huwa impossibbli li l-coronavirus jinqered għal kollox.

Skont dak irrapportat mid-Daily Telegraph, uħud mill-Ministru Brittaniċi wrew it-tħassib tagħhom wara li r-rata ta’ infezzjonijiet ġodda fil-Ġermanja reġgħu bdew jiżdiedu kuljum wara li l-Gvern Ġermaniż taffa wħud mill-miżuri ta’ lockdown.

Share With: