Estiż bi tliet ġimgħat l-għeluq tal-Ajruport Internazzjonali Malti

Il-projbizzjoni ta’ titjiriet minn u lejn Malta se tkun estiża bi tliet ġimgħat oħra hekk kif f’notifika ppubblikata matul il-ġurnata tas-Sibt tgħid li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jibqa’ magħluq mill-inqas sa tliet ġimgħat oħra, ġifieri, sal-15 ta’ Ġunju. Din id-deċiżjoni terġa’ tkun riveduta aktar qrib id-data.

L-ajruport ta’ Malta għalaq f’Marzu hekk kif ftit ġimgħat qabel faqqas l-ewwel każ tal-COVID-19 f’pajjiżna. Minn dakinhar, l-għeluq kien estiż għal-ewwel darba fit-30 ta’ April b’xahar.

Share With: