Fabio Paratici: Is-suq tat-trasferimenti tas-sajf jista’ jkun qasir

Id-direttur sportiv ta’ Juventus, Fabio Paratici, sostna li jista’ jkun hemm xenarju li t-timijiet Taljani jkunu jistgħu jibqgħu bl-istess players anke għall-istaġun 2020/21 dejjem jekk ikompli dak attwali. 

Hekk kif bħalissa għaddejja diskussjoni dwar il-bidu tas-sessjonijiet ta’ taħriġ tat-timijiet Taljani, hemm pjani konkreti li bihom jista’ jkompli l-ogħla kampjonat Taljan għall-bidu ta’ Ġunju u possibbilment jibqa’ għaddej sal-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu.

Paratici qal li s-sessjoni ta’ trasferimenti tas-sajf taf tkun qasira u li ma tantx ikollha tibdil minħabba li t-timijiet mhux li tant għandhom flus x’jonfqu wara din il-pandemija li laqtet lid-dinja kollha u li ġabet problemi finanzjarji kbar. Għalhekk hu tenna l-fatt li jista’ jkun hemm timijiet li jżommu l-istess elementi fl-iskwadra sabiex barra li jkun hemm kontinwazzjoni, ma jintefqux flus bla bżonn.

Share With: