FC Wettingen jirrelegaw ruħhom minħabba inkwiet finanzjarju

Dawk il-partitarji li jżommu ma’ Napoli u għandhom aktar minn 30 sena jiftakru team partikolari Svizzeru bl-isem ta’ FC Wettingen li kien lagħab fit-Tazza UEFA u ffaċċja lil Partenopei lura fl-1989 u li dak iż-żmien kellhom lil Diego Armando Maradona magħhom. Dakinhar, dan it-team mill-Isvizzera kienu taw battikata lil Maradona u lil sħabu meta kellu jkun goal fl-aħħar minuta li tahom kwalifikazzjoni bi skor ta’ 2-1.

Illum il-ġurnata, dan il-club qed jilgħab fil-kampjonat tad-dilettanti minħabba inkwiet finanzjarju li kellhom dan l-aħħar. Il-waqfa sfurzata tal-Covid-19 xejn m’għenet minħabba li naqas kompletament l-introjtu mill-isponsors li kellhom. B’hekk l-ogħla awtoritajiet ta’ dan il-club iddeċidew li jkunu wieħed mit-timijiet relegati għat-Tieni diviżjoni tad-dilettanti.

Din hi daqqa ta’ ħarta għall-partitarji ta’ dan it-team li kienu jinsabu fit-tieni post tal-klassifika ta’ din il-kategorija u kienu qed jisfidaw biex jirritornaw fil-kampjonati ewlenin tal-pajjiż. Iżda wara l-pandemija tal-Cove-19, l-affarijiet inbidlu u kien għalhekk li d-diriġenti ta’ dan it-team iddeċidew li jilagħbu f’kategorija inqas milli jispiċċaw bi problemi akbar matul l-istaġun li ġej.

Share With: