FILMAT: “Dħalt mingħajr sintomi … Kelli uġigħ kbir u wara t-test sabu li kelli l-Covid-19”

F’April li għadda l-ħajja t’Anne Cachia nbidlet ta’ taħt fuq. Dan hekk kif minkejja li ma kellha l-ebda sintomi, hija rrizultat pożittiva għall-Covid-19. Anne Cachia hija mara ta’ 67 sena li għamlet numru ta’ ġranet rikoverata fit-taqsima tal-kura intensiva.

F’kollegament mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne hija faħħret lill-professjonisti mediċi li ma telqgħhiex minn taħt għajnejhom.

Hija appellat lil dawk kollha li qed isegwu dan il-filmat biex ma jiċċajtawx ma’ din il-marda. Qalet li l-virus għenha tirrealizza kemm m’aħna xejn għax qatt ma temmen li tista’ taqbad lilek.

Finalment hija appellat lill-pubbliku biex josserva l-miżuri akkost ta’ kollox għax il-konsegwenzi mhumiex sbieħ.

Share With: