“Fis-sigħat li ġejjin laqgħa mal-MUT dwar il-ftuħ tal-iskejjel” – il-Ministru Owen Bonnici

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici qal li “fis-sigħat li ġejjin hemm laqgħa skedata mal-Unjin tal-Għalliema (MUT) dwar il-ftuħ tal-iskejjel. Irridu li nimxu fuq il-linji gwida internazzjonali”.

Il-Ministru qal li “xahrejn ilu ddeċidejna li jingħalqu l-istituzzjonijiet edukattivi. Dan il-fatt wassal għal numru ta’ affarijiet. Se nirringrazzja lill-edukaturi tagħna, għat-tagħlim onlajn.”

Il-Ministru Bonnici ddikjara li “għandu jiġi provdut x-xogħol li se jsir u r-riżultat li nkiseb minn dak ix-xogħol. Għandna bżonn din l-informazzjoni biex nippreparaw għas-sena d-dieħla. Li veru kkummentajt fuq il-bżonn, li meta wieħed jagħti lezzjoni dan jispjegaha għax hemm ġenituri li ma jafux u wassalt dan is-sentiment ta’ xi ġenituri”.

Share With: