Fond ta’ €750 biljun li se jgħini lill-istati membri tal-UE jirkupraw mill-kriżi tal-pandemija

Fond li hu maħsub li jgħin fl-irkupru minn din il-kriżi li ħakmet bla preċedent lil diversi pajjiżi għadu kemm ġie propost mill-eżekuttiv tal-Kummisjoni Ewropea.

Il-pakkett finanzjarju ta’ madwar €750 biljun mistenni jkun ta’ sostenn għall kull wieħed mill-istati membri tal-UE. L-ekonomiiji madwar is-27 nazzjon ħadu daqqa ta’ ħarta minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, iżda xi stati ilhom bid-dejn sa minn qabel faqqgħet l-pandemija.

Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen qalet li dan huwa l-mument tal-Ewropa.Hija żiedet tgħid li din is-sitwazzjoni ma tistax tiġi solvuta minn pajjiż wieħed waħdu u li din il-kriżi hija akbar minn kull wieħed mill-istati membri.

Fost dawk il-pajjiżi l-aktar milqutin mill-pandemija hemm Spanja u l-Italja li raw l-għola rati ta’ mwiet u minħabba l-konsegwenzi ta’ dan mistennija jingħataw għajnuna finanzjarja li tpatti għal dak li għaddew minnu fl-aħħar xhur.

Share With: