Futur dubjuż għal Alessandro Florenzi

It-team li jilgħab f’La Liga Spanjola, Valencia huma dubjużi dwar il-futur tal-player tagħhom Alessandro Florenzi li bħalissa jinsab b’self magħhom. Huwa ngħaqad mat-team min-naħa t’isfel ta’ Spanja matul is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar u lagħab biss ħames darbiet magħhom filwaqt li tkeċċa f’logħba minnhom.

Florenzi li għamel żmien twil jilgħab ma’ Roma, qal li qed iħoss in-nuqqas ta’ Ruma iżda sostna li għalissa għalxejn imur lura magħhom minħabba li m’hemmx post fl-ewwel ħdax għalih.

Il-player ta’ 29 sena rrakkonta dak li għadda minnu f’dawn l-ewwel erba’ xhur fi Spanja fejn fi Frar qabdu l-ġidri riħ u għalhekk kellu jiżola ruħu għal 15-il ġurnata filwaqt li ftit wara qabdet il-pandemija tal-Covid-19. 

Florenzi stqarr li xejn ma kien ixxurtjati f’dan iż-żmien u jittama li jkollu żminijiet aħjar.

Finalment huwa stqarr li qed jistenna mingħand Roma sabiex jara x’se jkun il-futur tiegħu għall-istaġun li ġej.

Share With: