Ġellied tas-sumo Ġappuniż imut kaġun tal-coronavirus; Miet wara li fallewlu l-organi

Ġellied tas-sumo Ġappuniż miet wara li safa infettat bil-coronavirus. Dan ħabritu l-Assoċjazzjoni Ġappuniża tas-Sumo (JSA).

Kiyotaka Suetake, magħruf bħala Shobushi, miet wara li fallew diversi organi kaġun tal-virus.

Huwakienl-ewwel ġellied tas-sumo li kien iriżulta pożittiv, fl-10 ta’ April li għadda.

Il-midja lokali qed tirrapporta li l-kundizzjoni medika tar-raġel marret lura f’daqqa u ddaħħal f’taqsima tal-kura intensiva disat ijiem wara.

Ix-xahar li għadda JSA kienet ħabbret li uffiċjal tas-sumo u ħames ġellieda kienu rriżultaw pożittivi għall-virus.

Share With: