Grupp ta’ persuni jarmaw f’Ħal Tarxien biex il-festa ma tkunx ġiet u għaddiet qisu qatt ma kien xejn

Żgur mhux forsi li l-Festi fl-irħula Maltin u Għawdxin huma parti integrali mill-kultura tagħna. Il-pandemija tal-Covid-19 ġabet magħha restrizzjonijiet fl-ammont ta’ nies li jistgħu jiltaqgħu minħabba t-tixrid tal-virus u għalhekk fost affarijiet oħra, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi ġew posposti.

Xi żgħażagħ f’Ħal Tarxien ma setgħux jaċċettaw il-fatt li din is-sena l-festa kellha tiġi u tmur qisu qatt ma’ ġiet u għalhekk iddeċidew li jiġbru xi flus u jarmaw it-toroq kif jistgħu. Il-festa tal-Annunzjat kellha tibda mill-14 ta’ Mejju u tibqa’ sejra għal għaxart ijiem .

Il-funzjonijiet fil-Knisja se jkunu qed isiru kif pjanat u dawn se jkunu qed jiġu mxandrin live fuq il-paġna tal-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien fuq Facebook.

Share With: