Ħaddiem li jaħdem fil-Covid Swabbing Centres jirriżulta pożittiv għall-COVID-19

Il-hub ġie disinfettat u se jkompli jilqa’ l-klijenti

Mir-riżultati pożittivi għall-COVID-19 li ħarġu mit-testijiet li saru lbieraħ, irriżulta test pożittiv f’healthcare worker li fil-preżent qiegħed jaħdem fil-Covid Swabbing Centres. 

Dan il-persuna sarlu test ta’ rutina li jsir b’mod perjodiku fuq il-healthcare workers kollha. Għaldaqstant, il-persuna ma kellu l-ebda sintomi. 

Waqt il-ħin tax-xogħol tiegħu, il-persuna jkun liebes ilbies protettiv, għalhekk ma hemm l-ebda riskju fuq klijenti li marru fl-Iswab Centre. Għalhekk, il-persuna probabbli ġie f’kuntatt mal-virus meta kien fil-komunità. 

Bħala prekawzjoni, il-hub ġie disinfettat, u se jkun qed ikompli jilqa’ klijenti fih immedjatament. 

Share With: