Iċ-Ċina tgħid li lesta tattakka lit-Tajwan jekk tipprova tikseb l-indipendenza

Iċ-Ċina lesta li tattakka lit-Tajwan jekk ma jkun hemm l-ebda triq oħra li twaqqafha milli tikseb l-indipendenza. Qal dan wieħed mill-ogħla ġenerali Ċiniżi aktar kmieni llum, f’eskalazzjoni retorika bejn iċ-Ċina u l-gżira ta’ Tajwan, li ċ-Ċina tisħaq li taqa’ taħt il-kontroll tagħha.

Li Zuocheng, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali, qal dan fil-15-il anniversarju mindu daħlet fis-seħħ il-Liġi taċ-Ċina kontra s-Seċessjoni.

Il-Liġi, li daħlet fis-seħħ fl-2005, tagħti liċ-Ċina bażi legali għal azzjoni militari kontra t-Tajwan jekk din tinfired, jew tipprova tinfired minn maċ-Ċina.

“Jekk tintilef il-possibbiltà għal rijunifikazzjoni paċifika, il-forzi armati taċ-Ċina, bl-appoġġ tal-pajjiż kollu, inkluż il-poplu tat-Tajwan, se jkunu qed jieħdu l-passi kollha neċessarji biex ikissru kull tentattiv ta’ kumplott separatist,” qal Li.

“mhux se nkunu qed inwiegħdu li mhux se nkunu qed nagħmlu użu mill-forza, u nirriservaw id-dritt li nieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex nistabbilizzaw u nikkontrollaw is-sitwazzjoni fl-Istrett ta’ Tajwan,” huwa żied jgħid.

Share With: