Id-data għall-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport mistennija titħabbar “fil-jiem li ġejjin”

Il-Prim Ministru se jkun qed iħabbar meta se jkun qed jinfetaħ l-ajruport fil-jiem li ġejjin. Indikat dan il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli waqt il-programm Xtra tal-bieraħ.

Il-Ministru Farrugia Portelli tenniet li l-Gvern dejjem kellu data possibbli għall-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport.

Hija qalet li l-gvern ma riedx jiffissa data għall-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport biex imbagħad jerġa’ jkun imġiegħel lura fid-deċiżjoni tiegħu jekk jerġa’ jkun hemm żieda fil-każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19.

Il-Ministru għat-turiżmu enfasizzat li s-sajf li ġej għal Malta se jkun wieħed sigur.

“Il-Prim Ministru se jkun qed iħabbar id-data tal-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport fil-jiem li ġejjin, u se nkunu qed nittrattaw din id-data bħala dak il-jum fejn se nkunu qed nerġgħu niftħu mill-ġdid bl-aktar mod sigur,” hija żiedet tgħid.

Share With: