Ikomplu jonqsu l-każijiet attivi … każ wieħed ġdid filwaqt li jfiqu disgħa

Fl-aħħar ħin l-awtoritajiet tas-saħħa taw l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. Hekk kif fl-aħħar sigħat saru 803 swab tests, kien hemm każ wieħed biss li rriżulta pożittiv u kien hemm disa’ persuni li rkupraw mill-virus.

Il-Professur Charmaine Gauci spjegat dwar l-aħħar tlett ijiem li fihom kien hemm 11-il każ ġdid ta’ Covid-19. Erbgħa minn dawn il-11-il każ tal-aħħar tlett ijiem li ma kellhomx sintomi.

Il-Każijiet mingħajr sintomi:

Mara Maltija ta’ 29 sena li ma kellhiex sintomi. Din taħdem f’kumpanija privata u minn testijiet li saru rriżultat pożittiva.

Maltija ta’ 24 sena li taħdem bħala Health Care Worker. Hija rriżultat pożittiva minn testjiet ta’ rutina. Il-vantaġġ huwa li dawn il-ħaddiema jużaw ilbies protettiv. 

Malti ta’ 23 sena li jaħdem f’testing hub. Ittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikompli l-ittestjar. Il-Health Care Workers kollha jkunu lebsin ilbies prottettiv u għalhekk ma kienx hemm espożizzjoni.

Raġel ta’ nazzjonalità mill-Alġerija ta’ 34 sena li ħareġ pożittiv minn test li għamel qabel ġie biex jibda impjieg.

Każijiet kuntatti:

Cluster ta’ żewġ persuni ġodda relatati ma’ persuna oħra li kien pożittiv. Dawn jaħdmu fl-istess post u rriżultaw pożittivi minn testijiet li saru fil-post. Hemm numru ta’ persuni li tpoġġew fi kwarantina.

Mara Maltija ta’ 34 sena li taħdem fl-Isptar Karen Grech li ħarġet pożittiva minn test ta’ rutina.

Mara Maltija ta’ 63 sena residenti f’Karen Grech li fl-20 ta’ Mejju bdiet bis-sintomi.

Każijiet bis-sintomi:

Mara Maltija ta’ 19-il sena li fil-21 ta’ Mejju bdiet bis-sintomi. Hija taħdem assistena fi spiżerija u minħabba lbies protettiv ma setax kien hemm tixrid tal-virus.

Raġel Malti ta’ 38 sena li beda bis-sintomi fit-18 ta’ Mejju. Huwa jaħdem self employed u ħareġ pożittiv wara li mar minn jheddu jagħmel it-test.

Raġel Malti ta’ 46 sena li fit-18 ta’ Mejju beda bis-sintomi. Il-mara tiegħu kellha xi sintomi iżda rriżultat negattiva u tpoġġiet fi kwarantina.

Share With: