Ikomplu jonqsu l-każijiet attivi … Sitta jfiqu … Każ wieħed ġdid

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika waqt l-aħħar aġġornamenti b’rabta mal-Covid-19 ħabbret li minn fost 1,247 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa kien hemm persuna waħda li rriżulta pożittiv għall-virus.

Il-każ jinvolvi raġel ta’ 71 sena li kien qiegħed l-Isptar Monte Karmeli. Huwa kien qed jinżamm fl-Admission Ward u minħabba kundizzjoni respiratorja huwa ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei b’emerġenza. Huwa rriżulta pożittiv u għalhekk tmexxa f’żona ta’ iżolament fejn hemm pazjenti infettati bil-Covid-19. L-awtoritajiet bdew bil-contact tracing biex jaraw minn seta’ kellu kuntatt miegħu.

B’hekk meta wieħed inaqqas lil dawk li fiequ kif ukoll dawk li sfortunatament tilfu ħajjithom, it-total ta’ każijiet attivi jibqa’ dak ta’ 114-il persuna.

Share With: