Il-kumpanija popolari tal-kiri tal-karozzi Hertz tiddikjara falliment finanzjarju

Il-kumpanija tal-kiri tal-karozzi Hertz, li hija kumpanija rinomata madwar id-dinja, ilbieraħ filgħaxija ddikjarat lilha nnifisha finanzjarjament falluta. Din l-aħbar xokkanti ħasdet lil ħafna hekk kif Hertz hija l-aħħar vittma tal-kollass globali li l-ekonomija dinjija qed tesperjenza minħabba l-pandemija tal-COVID-19. 

Hertz ilha fl-indutrija tal-kiri tal-karozzi sa mill-1918. Dan ifisser li l-kumpanija salvat, id-Dipressjoni l-Kbira, it-twaqqif tal-immanifatturar tal-karozza fl-Istati Uniti matul it-Tieni Gwerra Dinjija u numru ta’ xokkijiet ekonomiċi oħrajn. Minkejja dan kollu, quddiem l-imxija tal-COVID-19, Hertz qalet li se jkollha tagħmel ristrutturar tad-dejn tagħha sakemm il-kumpanija terġa’ tibda tieħu ftit tan-nifs. 

Wieħed mill-impatti negattivi huwa l-għeluq tal-ajruporti. Hekk kif 75% tal-kiri tal-karozzi kien ikun minn turisti li jkunu għadhom kif waslu f’xi ajruport.

Share With: