Il-Kunsill tal-Ewropa jilħaq ftehim politiku dwar appoġġ temporanju li jnaqqas ir-riskji tal-qgħad

Minn MELVIN FARRUGIA

Bħala parti mill-pakkett ta’ appoġġ ta’ emerġenza fir-rigward tal-impatt ekonomiku kkawżat mill-COVID-19, l-Unjoni Ewropea qiegħda toħloq strument temporanju li permezz tiegħu tgħin lill-ħaddiema jżommu xogħolhom waqt din il-kriżi. 

L-Awbaxxaturi tal-Unjoni Ewropea llum leħqu ftehim politiku dwar l-iskema SURE, li tista’ tagħti sa €100 biljun f’self b’termini favorevoli għall-istati membri. Dan l-istrument se jippermetti lill-istati membri biex jitolbu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropew biex isostnu finanzjarjament iż-żieda fin-nefqa pubblika nazzjonali mill-1 ta’ Frar ‘l hawn. Dan b’rabta ma’ skemi ta’ xogħol u miżuri simili, fosthom għal persuni self-employed. 

Ix-SURE hi waħda minn tliet strumenti ta’ salvataġġ b’valur ta’ €540 biljun u li hi intenzjonata għax-xogħlijiet u għall-ħaddiema, għan-negozji u għall-istati membri. Din ġiet maqbula fost il-Eurogroup fid-9 ta’ April. Dan il-ftehim intlaqa’ fit-23 ta’ April u mistenni jibda jitħaddem mill-1 ta’ Ġunju, 2020. 

Share With: