Il-miżuri bl-ebda mod ma jfissru li s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal

It-tibdil li se jidħol fis-seħħ minn għada ġie uffiċjalizzat b’avviżi legali li ġew ippubblikati fuq www.justiceservices.gov.mt/LegalPublications.aspx?pageid=32&type=4. Iżda l-miżuri bl-ebda mod ma jfissru li s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal.

Il-virus għadu preżenti fil-komunità u qatt daqs illum ma inħass il-bżonn tad-dixxiplina. Irid jibqa’ jinżamm il-kunċett ta’ social distancing. Id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa jridu jiġu segwiti, mhux għax hemm il-liġi imma għax huwa importanti li tipproteġi lilek innifsek u lil ta’ madwarek.

Kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu biex is-suċċess li nkiseb ma jtirx mar-riħ. Hemm bżonn koperazzjoni massima biex nimxu għall-pass li jmiss. Bl-għaqal nistgħu negħlbu din il-pandemija.

Share With: