Il-PM jisħaq li l-capping tal-maskri huwa raġjonevoli; Jgħid li kien industrija li lmentat li l-prezz kien baxx

“Il-capping dwar il-prezz tal-maskri huwa wie]ed raġjonevoli.” Hekk saħaq il-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti lill-ġurnalisti dwar il-capping ta’ 95ċ għall-maskri, hekk kif ħareġ mill-Qorti wara li ta x-xhieda tiegħu b’rabta mal-inkjesta maġisterjali dwar l-immigranti.

Il-Prim Ministru żied jgħid li matul dawn l-aħħar ġimgħat il-gvern għen ħafna lill-familji, il-ħaddiema u lin-negozji. Fl-istess waqt qal li l-Gvern se jkun qed iniedi aktar skemi u inizjattivi biex ikompli jagħti l-għajnuna meħtieġa matul dan iż-żmien.

Fir-rigward tal-capping tal-prezzijiet tal-maskri, il-Prim Ministru saħaq li dan huwa pass ’il quddiem tant li qal li l-Gvern irċieva diversi lmenti minn industrija minħabba l-prezz mhux raġjonevoli għall-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ dawn il-maskri.

Share With: