Il-Pulizija qed tinvestiga dwar il-folla li nġabret spontanjament fuq il-Fosos

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-folla li nġabret fuq il-Fosos tal-Floriana wara li ħarġet l-aħbar li huma kienu ġew inkurunati rebbieħa tal-Premier League Malti.

Il-Pulizija aġixxiet biex rat li l-folla li nġabret spontanjament ġiet imferrxa tant li l-attività twaqqfet.

Intant minn nhar il-Ġimgħa kien hemm 19-il persuna li nstabu f’ġemgħat ta’ aktar minn sitta f’postijiet pubbliċi kont l-avviż legali li ħareġ il-gvern.

Intant waqt l-ispezzjonijiet li saru f’dawn l-aħħar jiem ħadd ma nqabad jikser il-kwarantina obbligatorja.

L-appell tal-awtoritajiet jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli biex jipproteġi lilu nnifsu u lil ta’ madwaru.

Share With: