Il-Pulizija tintervjeni biex twaqqaf argument wara ħabta f’San Pawl il-Baħar

Inewsmalta tinsab infurmata li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien għada kemm seħħet ħabta fi Triq Ħalel f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post fejn kien seħħ l-inċident fejn għal xi raġuni s-sitwazzjoni laħqet żvolġiet f’argument bejn is-sewwieqa involuti. Mal-wasla tal-pulizija kollox kien ikkontrollat f’qasir żmien u fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-ħabta kellha tiġi maħduma bi proċess normali minn gwardjan lokali u dan hekk kif ħadd ma kien indarab fl-inċident li f’dak il-każ kien jinħadem mill-Pulizija tad-distrett.

Share With: