“Il-UCC trid tqaċċat 145 impjegat il-barra mill-kumpanija”

B’reazzjoni għad-dikjarazzjoni tal-Union tal-Cabin Crew li hija rtirat min-negozjati li hija kien qiegħed ikollha mal-linja tal-ajru nazzjonali, l-Air Malta, il-kelliema ta’ uħud minn dawn il-membri tal-ekwipaġġ li bħalissa qegħdin fuq kuntratt definit, kkundannat din id-deċiżjoni.

Dr Mariah Mula, ir-rappreżentant legali ta’ madwar 50 membru tal-ekwipaġġ, saħqet ma dan il-ġurnal li “il-Union li suppost qegħda hemm biex tipproteġi lill-impjegati kollha, u taqbeż għal kull wieħed u waħda minnhom, hija l-istess Union li trid tqaċċat 145 impjegat il-barra mill-istess kumpanija.”

Intant, sorsi qrib l-Air Malta saħqu ukoll kif il-UCC kienet qegħda topera fuq tattika biex jiiġu konservati l-impjiiegi ta’ dawk li ilhom għal diversi snin jaħdmu mal-kumpanija, “mingħajr ma juru ebda tip ta’ konsiderazzjoni għall-bqija tal-impjegati.”

Share With: