Il-vittmi reġistrati f’24 siegħa fil-Brażil kaġun tal-Covid-19 jaqbeż dak tal-Istati Uniti

In-numru ta’ mwiet fil-Brażil kaġun tal-coronavirus qabeż għall-ewwel darba r-rata tal-imwiet fl-Istati Uniti. Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru Brażiljan għas-Saħħa.

L-aħħar informazzjoni pprovduta mill-Brażil tindika li fi żmien 24 siegħa mietu 807 persuni, filwaqt li l-Istati Uniti rreġistrat ’il fuq minn 600 vittma.

Intant in-numru kumplessiv ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 fil-Brażil issa jammonta għal 374,898, biex huwa t-tieni l-aktar pajjiż b’każi pożittivi. Fl-Istati Uniti l-każi ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 jammonta għal kważi 1.7 miljun persuna.

Share With: