Imut ex player ta’ PSG fl-etá ta’ 24 sena

L-ex player tal-akkademja ta’ Paris Saint-Germain Jordan Diakiese miet fl-etá ta’ 24 sena.

Huwa mifhum li huwa miet f’Pariġi nhar il-Ħamis wara nofsinhar, bil-kawża tal-mewt għadha mhix magħrufa.

Id-difensur ġie rilaxxat mill-ġganti tal-Ligue 1 fl-2015 qabel lagħab ma’ Chaux-de-Fonds, NK Rudes u finalment AS Furiani Agliani, liema team jimmilita fil-kampjonati amatorjali Franċiżi.

Il-club preżenti tiegħu kkonferma din l-aħbar traġika fuq Twitter, fejn iddeskriva lil Diakiese bħala “persuna mill-aqwa li kien dejjem bi tbissima fuq wiċċu.”

Fi stqarrija ufficjali, AS Furiani, qalu li kienu ġew effettwati b’mod negattiv bit-telfa tal-ex player tagħhom waqt li bagħtu l-kondoljanzi lill-familja kollha tiegħu. Dan filwaqt li komplew li huma li kienu jitqiesu bħala t-tieni familja tiegħu se jkunu qed iżommuh fi ħsibijithom għal dejjem.

Share With: