Imut Joe Bonello… Il-persuna li 24 sena ilu sarlu l-ewwel trapjant tal-qalb f’Malta

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Joe Bonello, attivist u kunsillier tal-Partit Laburista fil-lokalità ta’ Santa Luċija u l-persuna li 24 sena ilu sarlu l-ewwel trapjant tal-qal f’pajjiżna.

F’intervista, Bonello kien qal li dak inhar li saritlu l-operazzjoni ħass li qisu reġa’ twieled mill-ġdid hekk kif kien ilu jistenna dan it-trapjant disa’ snin sħaħ. Kien f’Settembru tal-1996 li wara inċident fatali tat-traffiku li kellu żagħżugħ Għawdxi, Joe Bonello sab trapjant li jaqbel miegħu. Fil-fatt, Joe kien operat dik il-ġurnata stess.

Share With: